Lokali Parlament

Il-Ministru Byron Camilleri “jinqabad fuq xogħol uffiċjali” u ma jmurx il-Parlament iwieġeb il-mistoqsijiet

Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri llum ‘inqabad fuq xogħol uffiċjali tal-Gvern’ u m’attendiex il-parlament biex iwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari dwar is-sitwazjzoni fil-Korp tal-Pulizija.

Fil-ħin tal-mistoqsijiet, id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio għamel diversi mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija wara d-dikjarzzjonijiet tal-Union tal-Pulizija u dwar id-dikjarazzjoni tal-Whip Laburista Andy Ellul li fil-Korp tal-Pulizija m’hemmx problemi.

Kien il-Ministru Roderick Galdes li pprova jwieġeb għall-mistoqsijiet tad-deputati Nazzjonalisti iżda qal biss li ma kien f’pożizzjoni jwieġeb għaliex ma kellux l-informazzjoni.

Mistoqsijiet oħra mill-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar saru dwar is-CEOs li jaqgħu taħt il-Ministru Clayton Bartolo iżda t-tweġiba tal-Ministru Bartolo kienet li għad ma kellux l-informazzjoni f’idejh biex iwieġeb.

Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut ġibed l-attenzjoni tal-parlament li kien hemm numru ieħor ta’ ministri Laburisti li ma kienux fil-parlament biex iwieġbu l-mistoqsijiet parlamentari.

Quddiem din is-sitwazzjoni deputati Laburisti pprovaw jagħmlu mistoqsijiet supplimentari iżda kienu out of order.