Lokali Parlament

Jeħtieġ azzjonijiet favur id-drittijiet tal-annimali

Charels Azzopardi, PN


Id-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi qal fl-Aġġornament tal-parlament li jeħtieġ azzjonijiet favur id-drittijiet tal-annimali.

Charles Azzopardi qal li jeħtieġ azzjoni favur il-fqar u l-vulnerabbli u rrifera għall-protesta minn attivisti favur l-annimali li saret quddiem il-parlament.

Hu qal li l-annimali għandhom jkollhom vuċi għad-drittiiet tagħhom u għandhom jingħataw il-protezzjoni. Il-gvern għandu jieħu azzjonijiet dwar l-annimali maħqura biex dawn ikunu protetti. Il-persuna li jaħdmu fl-Animal Welfare għandhom ikunu dawk li verament iħobbu l-annimali.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn il-persuni m’għandhomx bilfors ikunu bilfors mid-distrett tal-ministeru iżda nies li verament iħobbu l-annimali. Hu qal li għandhom jissaħħu r-riżorsi lill-Animal Welfare.

Id-deputat Nazzjonalista qal li ħafna kliem qed jitħallew fuq il-bjut u m’hemmx spazju fl-Animal Welfare. Hemm problemi biex qtates u klieb jkunu addottati.

Is-sistema qed tkun burokratika; jeħtieġ jingħataw vouchers u l-annimali jingħataw l-assistenza. L-ambulanzi għandhom ikunu kollha ta’ livell u tiżdied il-flotta ta’ emerġenza.

Jeħtieġ kampanja effettiva ta’ tiswija ta’ annimali waqt li dawk li jitimgħu lill-annimali jkunu mgħejjuna. X’sar minnu l-pjan li jsir ċimiterju tal-annimali?

Il-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Protezzjoni tal-Annimali għandu jingħata iktar għodda biex iwettaq ħidmietu. Jeħtieġ programm għat-tijtib fid-drittijiet tal-annimali b’tolleranza żero għall-abbandun u l-moħqrija. Għandha wkoll titwaqqaf sezzjoni fil-Korp tal-Pulizija kontra l-krudeltà tal-annimali.