Lokali Parlament

Jeħtieġ koordinament fix-xogħlijiet tal-WSC

Graziella Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea appellat biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) tagħmel il-koordinamenti meħtieġa meta jkunu se jsiru x-xogħlijiet tal-ilma fit-toroq Maltin.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-estimi tal-WSC, Graziella Galea qalet li Malta m’għandiex sorsi kbar ta’ ilma u appellat biex l-istabbilmenti jkunu informati dwar meta x-xogħlijiet fuq is-servizzi tal-ilma.

Jeħtieġ li t-toroq kollha jkunu identifikati meta jkun hemm xogħlijiet fit-toroq u li jkun hemm koordinament meta jsiru x-xogħlijiet.

Importanti wkoll li t-tiswijiet jinkludu s-servizzi tal-madwar biex in-nuqqasijiet ta’ servizzi ma jdumux. Jeħieġ ukoll mod differenti kif isiru t-trinek biex ma jerġgħux jinqalgħu t-toroq.

Id-deputat Nazzjonalista appellat biex isiru spralli fil-ġnub tat-triq u biex isir pjan dettaljat dwar il-bidliet meħtieġa fil-lokaliatjiet. Dwar id-drenaġġ hi qalet li għad hemm sistemi tal-fosos fejn m’hemmx drenaġġ; dan m’għandux jibqa’ aċċettabbli fiż-żminijiet tal-lum.

L-iżbroff ta’ drenaġġ qed isir f’numru ta’ postijiet fosthom dawk turistiċi f’San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija u l-Qawra.

Hawn 1,100 persuna li jużaw in-new water u għalhekk hu imporanti li dan il-proġett jitlesta. Hi appellat biex is-servizzi tad-drenaġġ u tal-ilma jkunu tal-ogħla livell possibbli.