Futbol Sport

Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena: Rebħiet għall-Italja u Franza

Grupp A :

Slovakkja 0-1 Italja

Immexxija minn Carmine Nunziata, l-Italja kisbet it-tieni rebħa konsekuttiva wara li fl-ewwel partita għelbet 2 – 1 lir-Rumanija. Kollox deċiż fl-ewwel taqsima. Fit-33 minuta minn azzjoni ta’ Miretti kien GIUSEPPE AMBROSINO li għeleb lil Balaz sabiex poġġa lil Italja fil-vantaġġ. Riżultat li biħ intemmet wkoll l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita.

Rumanija 1-2 Franza

L-istess bħall-Italja, Franza tinsab b’punti massimi wara r-rebħa ta’ 5 – 0 fuq is-Slovakkja fl-ewwel partita. F’partita kkontrollata mir-referee Malti Matthew De Gabriele, assistit ukoll minn Luke Portelli, kontra r-Rumanija Franza ddominaw tant li fit-12 il-minuta fetħu l-iskor permezz ta’ LOUM TCHAOUNA li minn azzjoni ta’ Virginius għeleb lil Popa. Ebda reazzjoni mir-Rumanija li fl-20 minuta sofrew it-tieni gowl b’ MARTIN ADELINE jgħeleb mill-ġdid lil Popa. Minkejja li Franza komplew jiddettaw il-partita, fit-82 minuta f’azzjoni iżolata, Rumanija naqqsu l-iskor b’ANDREI COUBOIS jgħeleb lil Lo Tutala għat 2 – 1