Sport Sport Ieħor

Kristof Milak jikser rekord fil-Kampjonati tad-Dinja tal-għawm

(Ritratt: EPA)

Fil-kampjonati tad-dinja li qed isiru f’Budapest, l-Ungeriż Kristof Milak waqqaf rekord tad-dinja fil-200 metru butterfly li b’wirja mill-aqwa żamm it-titlu quddiem 4000 spettatur fid-Duna Arena fil-qalba tal-kapitali Ungeriża. Iċ-champion olimpiku ta’ 22 sena kien il-ħin kollu fil-vantaġġ tul il-200 metru sabiex kiser ir-rekord tad dinja tiegħu stess miksub f’Lulju 2019. Kristof Milak għamel id-distanza f’50.34 sekondi li kien 0.39 ta’ sekonda aħjar mir-record ta’ qabel.

Fi tmiem il-finali huwa kkummenta li id-Duna Arena hija d-dar tiegħu u bl-ebda mod ma seta’ jiddiżappunta lil 4000 partitarju apparti li l-lane numru 4 hija il-lane tiegħu biss.