Lokali

Kwart ta’ miljun litru ta’ ilma biex jintfew nirien kbar

Fortunatament, l-ebda persuna ma sofriet ġrieħi

Ħidma ta’ sigħat sħaħ minn membri tal-Protezzjoni Ċivili wasslet biex jintuża mal-kwart ta’ miljun litru ta’ ilma u foam wara li fabbrika taż-żona industrijali ta’ Krodin spiċċar ħadem in-nar għall-ħabta tal-11 tal-lejl li għadda.

Għadha mhix magħrufa r-raġuni wara dawn in-nirien.

Matul il-lejl kollu, fuq il-post kien hemm diversi pumpiera biex jikkontrollaw in-nirien hekk kif matulu nħarqu madwar 140 romblu tal-karti. Fuq il-post issejħet il-preżenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassistu lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.