Sport Sport Ieħor

Riżultati pożittivi għall-atleti Maltin tat-Taekwondo f’San Marino

F’San Marino l-ewwel edizzjoni tal-Kampjonat għall-Istati Żgħar tal-Ewropa organizzat mill-European Taekwondo Union. Parteċipazzjoni ta’ 100 atleta minn disa’ pajjiżi Ewropej fosthom Malta. Selezzjoni tal-Malta Taekwondo Association b’partecipazzjoni ta’ erba’ atleti li kollha rebħu midalja fil-kategorija rispettiva tagħhom.

Fil-kategorija 80 kg, Mamadou Balde rebaħ il-midalja tal-bronż meta temm wara Chadrack Lungungu tal-Lussemburgu u Christos Achilleos ta’ Cipru filwaqt illi Michela Scerri fil-kategorija 37 kg rebħet wkoll midalja tal-bronż liema kategorija intrebħet minn Lana Baletic ta’ Montenegro b’Ariadna Valdivia ta’ Andorra fit-tieni post. Suċċess ulterjuri għal Nathan Degiorgio li fil-kategorija 53 kg kiseb il-midalja tal-fidda meta spicca qabel Lucas Wumsch ta’ Lussemburgu liema kategorija intrebħet minn Diogenes Christoudias ta’ Cipru filwaqt li Alycia Cassar rebħet il-midalja tal-bronz fil-kategorija 51 kg meta temmet wara l-koppja minn Cipru Grigoria Theofanous u Kyriaki Angelidou.

Il-kontingent Malti kien immexxi mill-President tal-Malta Taekwondo Association, Anna Vassallo li hija wkoll vici President tal-European Taekowondo Union. It-tim Malti kien immexxi mill-kowċ Ditmir Vodinaj. F’dawn il-Kampjonati ħadu sehem Andorra, Cipru, Gżejjer Faroe, Isle of Man, Lussemburgu,Malta, Monaco, Montenegro u San Marino.