Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident dalgħodu, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Gżira.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti San Ġwann u vettura misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>