Lokali

Tifla ta’ 13-il sena bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Fgura

It-tfajla żelqet u ġiet fuq grada tal-ħadid

Tifla ta’ 13-il sena kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident mhux tas-soltu fil-Fgura.

Il-każ seħħ it-Tlieta filgħaxija fi Triq is-Sur meta mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li t-tifla kienet miexja fuq bankina bil-konsegwenza li weġgħet ma’ grada tal-ħadid ta’ residenza privata.

Fil-post ġew imsejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivli u tim mediku tal-ambulanzi hekk kif it-tfajla spiċċat nqabdet mal-grada.

Hija ttieħdet l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.