Lokali Qorti

Kixef lill-aggressur tiegħu permezz ta’ ritratt fuq Facebook

Żagħżugħ Brittaniku li s-sena l-oħra ngħata daqqiet ta’ sikkina f’Tigne’ wera lill-pulizija ritratt fuq Facebook tal-allegat aggressur tiegħu. Ir-ritratt kien ta’ Hisham Ali Abuagilla, Libjan ta’ 38 sena li issa jinsab akkużat b’attentat ta’ qtil.

L-aggressjoni bis-sikkina seħħet għall-ħabta tal-5.20 ta’ filgħodu tas-6 ta’ Awwissu fl-inħawi ta’ Tigne’ Point meta l-vittma ta’ 21 sena u sħabu ltaqgħu ma’ Abuagilla wara lejla f’Paceville. Wieħed mill-ħbieb tal-vittma ċaqlaq il-basket tal-Abuagilla waqt li kien qed ifittex mowbajl li ma kienx f’postu u dik l-azzjoni allegatament irrabjatlu, u qanqlet ġlied.

Dak kien meta allegatament ir-raġel Ingliż ingħata daqqiet ta’ sikkina f’sidru, għonq, dahar u wiċċ. Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza filwaqt li s-suspettat aggressur ħarab minn fuq il-post. L-investigaturi ħadu aktar minn ġimgħa biex jintraċċaw lil Abuagilla u jarrestawh fix-xatt ta’ Qui Si Sana.

Sussegwentement kien akkużat b’attentat ta’ qtil u ġrieħi gravi, kif ukoll b’pussess mingħajr liċenzja ta’ sikkina u ksur tal-paċi. Huwa kien mixli wkoll li kellu fil-pussess tiegħu kokaina, ecstasy, raża tal-kannabis u pjanta tal-kannabis f’ċirkostanzi li jindikaw li d-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu.

Ir-raġel, li qed iwieġeb mhux ħati, bħalissa għadu taħt arrest preventiv. Il-Kuntistabbli tal-Pulizija, Dylan Pace, li kien l-Isptar Mater Dei dakinhar tal-inċident, xehed li waqt li kien mimdud fuq stretcher, l-allegat vittma pponta lejn il-mobajl tiegħu imbagħad illoggja fuq Facebook u wrieh ritratt ta’ Hisham, li jindika li kien l-aggressur tiegħu.

L-uffiċjal qal li hekk kif ħa l-mowbajl tar-raġel, ħass xi ħaġa stramba fil-but ta’ wara,” qal Pace. Hekk kif sab qartas b’sustanza bajda, suspettata kokaina. Immedjatament huwa ikkuntattja lill-uffiċjali tax-xena tar-reat, u wissihom dwar dawk l-oġġetti li kellhom jinġabru bħala esebiti.

Mistoqsi jekk l-allegat vittma kienx qallu kif kiseb id-droga, Pace spjega li r-raġel ma setax jitkellem dak il-ħin. “Imma meta wrejtu l-qartas, huwa sempliċement indika r-ritratt ta’ Hisham fuq il-mobajl. Ma stajtx nagħraf jekk kienx xtrah jew jekk sempliċement ingħatatx ​​lilu.”

Fil-15 ta’ Awwissu, il-pulizija kien qiegħed jaħdem fl-Għassa ta’ Tas-Sliema meta s-suspettat imfittex intlemaħ minn wieħed mill-investigaturi, l-ispettur Colin Sheldon, li dak il-ħin inzerta kien fl-inħawi ta’ Qui Si Sana. Fuq il-post marru Pace u uffiċjal ieħor. Is-suspettat, li deher li kien izappap, avviċina lill-pulizija meta għamlulu sinjal.

Waqt tfittxija personali nstabet sikkina, mowbajl, ċwievet u sustanza bajda suspettuża. Is-suspettat inqrawlu d-drittijiet legali tiegħu, l-ewwel bl-Ingliż u mbagħad bil-Malti. Huwa ġie arrestat u ttieħed għall-interrogazzjoni. Il-każ, huwa ppresedut mill-Maġistrat Doreen Clarke. L-avukat tal-AĠ Etienne Savona u l-Ispettur Colin Sheldon tħarrku. L-avukat Noel Bianco jagħmel parti mid-difiża.