Lokali

Anzjan ta’ 80 sena jsofri ġrieħi gravi f’inċident fil-Gżira

Anzjan Ingliż ta’ 80 sena, residenti Ta’ Xbiex, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-Erbgħa filgħaxija ntlaqat minn vettura Nissan Qashqai, li kienet qed tinstaq fi Triq il-Gżira, Gżira, minn raġel ta’ 39 sena, residenti l-Gżira.

Il-Pulizija kienet mgħarrfa b’dan l-inċident għall-ħabta tas-7.15pm (1915hrs), bil-vittma jingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.