Sport Sport Ieħor

Boċċi: Jispiċċa l-ewwel rawnd tal-Ewwel Diviżjoni

It-timijiet ta Għaxaq, Żebbug u Msida baqgħu jżommu l-ewwwel tliet postijiet tal-klassifika ġenerali tal-Ewwel Diviżjoni b’disa’ punti kull wieħed

Hal Għaxaq ħadu W/O kontra t-tim tal-Isla wara li dawn tal-aħħar ma’ baqgħux jieħdu sehem wara tliet logħbiet, b’hekk il-klabb ta’ Ħal Għaxaq baqa jżomm l-ewwel post.

Msida marru jilgħabu barra minn darhom għand Buġibba u ħarġu rebbieħa 21 b’10, biex bħal Ħal Għaxaq żammew l-ewwel post.

Żebbuġ irreġistraw id-disa’ rebħa tagħhom meta rebħu kontra St.Peter’s Zabbar 21 b’14 u għalhekk żammew il-pass mat-tnejn ta’ fuq.

St.Peter’s Żabbar, bit-telfa kontra ż-Żebbuġin xorta waħda baqgħu fir-raba’ post tal-klassifika bi tmien punti.

Buġibba ħarġu telliefa f’darhom kontra Msida bil-puntegg ta’ 21 b’10, biex żammew it-tamiet tagħhom tal-ewwel erba’ postijiet tal-klassifika.

Qormi S.B ukoll ħarġu rebbieħa barra minn darhom kontra ż-Żabbarin 21 bi 3 biex issa għandhom sitt punti, daqs Żurrieq, b’dawn tal-aħħar jieħdu W/O kontra Paola li ma’ bdewx il-Kampjonat.

Marsamxett marru jilgħabu barra min darhom kontra t-tim ta’ Lija u ħargu rebbieħa 21 b’14, biex issa nsibu lil Lija u Żabbar it-tnejn b’erba’ punti.

Marsamxett jinsabu warajhom bi tliet punti.

Fl-aħħar postijiet tal-klassifika naraw lit-timijiet tal-Isla u Paola li t-tnejn li huma mangħhom l-ebda punt wara li ma’ baqgħux jikkompetu.