Sport Sport Ieħor

Darts: Illum jibda l-kampjonat tas-sajf 6-a-side

Għal sena oħra se jerġa’ jsir l-kampjonat tas-sajf 6-a-side organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts. B’kollox se jieħdu sehem għaxar timijiet li se jkunu maqsuma f’żewġ gruppi differenti ta’ ħames timijiet-il wieħed.

It-timijiet ta’ grupp A huma: Ħamrun Bayern, Floriana Ajax, Żebbuġ Rangers, Top Gun Bar u Banda Birżebbuġa 1990 Grupp B: PO’s Bar, St Paul’s Diamonds, Duke’s Bar, Manchester Conquest u Sliema Inter DC.

Il-logħob jibda llum il-Ħamis u jibqa’ sejjer sal-25 t’Awwissu li ġej u se jintlagħab fuq żewġ rawnds fuq bażi ta’ home u away.

L-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp jgħaddu għas-semifinali sabiex eventwalment tintlagħab il-finali fix-xahar ta’ Settembru.

Is-sena li għaddiet dan it-tournament annwali ntrebaħ minn Qormi Hockey Club.

Il-plejer ta’ St. Paul’s Diamonds Godwin Grima