Lokali

Il-Professur Frank Bezzina jinħatar Aġent President tar-Repubblika ta’ Malta

Il-Professur Frank Bezzina se jkun qed jinħatar bħala Aġent President tar-Repubblika ta’ Malta. Il-ħatra ta’ Frank Bezzina se ssir għall-perjodu li matulu l-President ta’ Malta George Vella se jkun imsiefer jew indispost.

Il-ħatra ta’ Frank Bezzina bħala Aġent President saret skont kif maħsub fl-Artiklu 49 tal-Kostituzzjoni.

Il-Professur Bezzina hu Pro-Rettur tal-Università ta’ Malta u awtur ta’ diversi studji akkademiċi.

Il-Gvern fl-istqarrija tiegħu radd ħajr lil Dolores Cristina għad-drabi li tul l-aħħar snin serviet bħala Aġent President.