Bejn l-20 u l-31 ta’ Lulju se tittella’ t-tielet edizzjoni tal-APS Summer Festival fil-quadrangle tal-Università ta’ Malta.
Taħt id-direzzjoni artistika ta’ Annalisa Schembi, dan il-festival se jkun qed joffri xelta vasta ta’ talent lokali b’kunċerti u spettakli li se jiċċelebraw id-diversità kif ukoll il-maġija tad-divertiment live.
Fost il-gruppi u l-artisti li se jieħdu sehem f’dan il-festival hemm ‘The Beangrowers’, ‘The New Victorians’, li se jniedu b’mod esklussiv album ġdid, Kantera, ManaTapu, Qamar-Qabar, spettaklu multidixxiplinarju li tappella għas-smiegħ u l-viżwal mill-kompożitur, Alex Vella Gregory, u spettaklu ta’ teatru mużikali mill-aħwa Bezzina fuq diski tal-kantawtur popolari Malti, Gaetano Kanta.
Il-programm tal-festival jinkludi ukoll serata ddedikata għat-tfal li fih se jittella’ ukoll spettaklu ġdid ikkummissjonat mill-festival bl-isem ta’ Chromatopa, kunċett maħluq minn Analise Mifsud u Mirko Galea. Fuq il-palk se jingħata spazju lil talent ġdid lokali mill-Iskola tal-Arti Performattiva fl-Univesità, mill-Istitut tal-Arti Kreattiva fl-MCAST u Refugee Week Malta.
Dan il-festival qed jagħti spazju ukoll lil numru ta’ spettakli internazzjonali fosthom it-truppa taż-żfin minn Seville, Puerto Flamenco, kif ukoll l-artisti Taljani, Companhia Palma u Giovanni Risola.
Il-festival jagħlaq il-Ħadd 31 ta’ Lulju bi spettaklu li qed jittella’ bil-kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, filwaqt li se jsiru sejre ta’ workshops tul it-12-il ġurnata tal-festival li hija miftuħa għall-artisti fis-suċ lokali.
Dan il-festival sajfi tal-APS qed jittella’ grazzi għall-Atlas, l-Università ta’ Malta, Kinnie u l-Orkestra Nazzjonali. Il
Għall-aktar tagħrif fuq il-programm tal-festival, wieħed jista’ jżur is-sit: APS Summer Festival 2022 | APS Bank Malta
//= $special ?>