Coronavirus Lokali

Imutu 2 persuni oħra bil-Covid, 543 każ ġdid

Fl-aħħar 24 siegħa mietu 2 persuni oħra f’pajjizna bil-Covid-19 biex issa l-ammont ta’ vittmi tela’ għal 738.

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis instabu 543 każ ġdid, bil-każijiet attivi issa telgħu għal 4,081. Dan filwaqt illi fl-aħħar sigħat fiequ 179 persuna.

Bħal-lum sena eżatt il-każijiet ġodda f’Malta kienu zero. Iżda issa – sena wara – il-każijiet ġodda qed jaqbżu mill-ġdid il-500.

Fl-aħħar sitt’ijiem kellna 2,381 każ ġdid f’pajjiżna. Minkejja ż-żieda sostanzjali fil-każi attivi f’pajjiżna, il-Ministeru tas-Saħħa qed jibqa’ fil-muta dwar is-sitwazzjoni eżatta bin-numru ta’ pazjenti pożittivi għall-virus fl-Isptar Mater Dei kull ma jmur iktar qed jiżdiedu.