Sport Sport Ieħor

Inċident li seta’ kellu konsegwenzi agħar waqt il-FINA World Aquatic Championships

Inċident li seta’ kellu konsegwenzi ħafna agħar matul il-FINA World Aquatic Championships li qed isiru f’Budapest l-Ungerija. Dan meta l-għawwiema artistika Amerikana Anita Alvarez ħassha ħażin waqt rutina li kienet qed tagħmel,bil-kowċ tagħha tkun pronta u taqbeż fl-ilma biex isalva lill-għawwiema. Il-kowċ Andrea Fuentes, li hija rebbieħa ta’ erba’ midalji fl-Olimpjadi, għenet lil Alvarez titla’ f’wiċċ l-ilma qabel mexxietha lejn it-tarf tal-pool.

Alvarez, li kkompetiet fl-edizzjonijiet tal-Olimpjadi tal-2016 u tal-2020, rċeviet l-attenzjoni medika u ttieħdet l-isptar fuq stretcher. Din hi t-tieni darba li Fuentes kellha taqbeż biex issalva lil Alvarez fil-pool wara inċident simili f’avveniment ta’ kwalifikazzjoni għall-Olimpjadi fl-2021.