Futbol Sport

Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena: L-Ingilterra jingħaqdu ma’ Franza u l-Italja fis-semi finali

Grupp B :

Iżrael 4-2 Awstrija:

L-Iżrael kisbu tliet punti importanti kontra l-Awstrija biex issa punt kontra l-Ingilterra jpoġġihom fis-semi finali.

Wara biss 5 minuti minn azzjoni ta’ Lugassy, kien TAY ABED KASSUS li għeleb lil Scherf biex poġġa lil Iżrael fil-vantaġġ. Reazzjoni mill-Awstrija li fl-24 minuta kisbu l-gowl tad-draw wara li ADIS JASIC għeleb lil Zarfati. Madankollu ħames minuti wara minn pass ta’ Gloukh kien ARIEL LUGASSY li għeleb mill-ġdid lil Scherf għat- 2 – 1 . Riżultat li biħ intemmet wkoll l-ewwel taqsima. Dominju mill-Iżrael fit-tieni taqsima. Fit-52 minuta kien ILAY MADMON li minn penalty għeleb lil Scherf sabiex fl-54 minuta OSCAR GLOUKH għamel l-iskor 4 – 1. Fis-76 minuta, Awstrija naqqsu l-iskor wara li freekick ta’ YUSUF DEMIR għeleb lil Zarfati għall-4 – 2

Ingilterra 4-0 Serbja

L-Ingilterra għelbu faċilment lis-Serbja 4-0 biex issa huma wkoll bħal Franza u l-Italja jinsabu fis-semi finali ta’ din il-kompetizzjoni. Wara ħames minuti, gowl ta’ DANE SCARLETT li għeleb lil Lukic biex poġġa lil Ingilterra fil-vantaġġ. Minkejja li Serbja wettqu reazzjoni, fl-40 minuta l-iskor sar 2 – 0 . Azzjoni minn Northon Cuffy lejn DANE SCARLETT li mill-ġdid għeleb lil Lukic. Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fit-68 minuta kien CARNEY CHUKWUEMEKA li kabbar l-iskor għal 3 – 0 sabiex fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud kien DANIEL JEBBISON li minn azzjoni ta’ Ramsey għamel l-iskor 4 – 0