Lokali Saħħa

L-AĦĦAR ŻVILUPPI: Minn Malta se tittieħed Mallorca

L-intervent se jsirilha fl-isptar Universitari Son Espases

Il-każ tal-mara li spiċċat f’nofs kontroversja wara li ddaħħlet l-isptar f’pajjiżna b’kumplikazzjonijiet fit-tqala tagħha, issa se tittieħed Mallorca biex isirilha intervent hemmhekk – aħbar li tant kibret, illi spiċċat rappurtata saħansitra anke mill-media Ingliża.

Il-mara Amerikana se jkollha tittieħed f’din il-gżira Spanjola wara li f’Malta rrifjutaw li jagħmlulha intervent. It-tqala tagħha tinsab fis-16-il ġimgħa.

Il-koppja Andrea Prudente u Jay Weeldreyer kien f’pajjiżna għal btala meta Prudente żviluppawlha dawn il-kumplikazzjonijiet.

Sorsi qed jindikaw li issa dan l-intervent se jsirilha fl-isptar Universitari Son Espases.

Fl-aħħar sigħat, esperti mediċi li tkellmu ma’ Net News spjegaw illi f’ċerti sitwazzjonijiet bħal dawn, jekk il-mara tkun f’riskju kbir li tmut għandha tiġi salvata dejjem l-omm. Anke jekk ikun hemm sinjali ta’ qalb il-fetu fil-ġuf. Dan għaliex it-tobba dejjem jistinkaw biex isalvaw il-ħajja.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.