Lokali

Robert Abela għadu ma jridx jikkomunika – PN

B’referenza għall-istqarrija tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Partit Nazzjonalista jkompli jiċċara li, kif ingħad fi stqarrija preċedenti, Robert Abela kien aċċetta, fuq talba tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, li jiltaqgħu biex jikkonsulta miegħu dwar diversi ħatriet.

Madankollu, din il-laqgħa baqgħet qatt ma saret, minkejja li riċentament anke kkomunikaw verbalment wara l-ittra ppubblikata mill-Prim Ministru aktar kmieni, għax il-Prim Ministru qatt ma ta data għal-laqgħa mitluba mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan f’konferma li Robert Abela qed jagħżel li ma jikkomunikax, minkejja r-rieda tajba tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-aħjar interess tan-nazzjon.

It-talbiet, anke bil-miktub, tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech biex jaslu għal ftehim dwar ismijiet għal diversi ħatriet ilhom isiru mis-sena li għaddiet, b’dawn l-ittri jibqgħu mhux imwieġba.

Tags