Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident f’B’Kara

Sewwieq ta’ mutur ta’ 57 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur tal-għamla Yamaha misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti Ħ’Attard u Toyota Ractis misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti Tal-Pieta’.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.