“L-istatus ta’ pajjiż kandidat jagħti tama u perspettiva ġdida lill-Ukrajna”. Hekk stqarret Roberta Metsola wara li l-UE għaddiet riżoluzzjoni favur l-għoti tal-istatus ta’ kandidat tal-UE lill-Ukrajna, u kif ukoll lil Moldova.
F’kummenti lill-midja preżenti il-President tal-Parlament Ewropew qalet li l-unità Ewropea se tegħleb kull sfida li hemm.
Hija qalet li l-MEPs qablu li għandu jittieħed kull pass li dejjem ittieħed biex pajjiż isir membru tal-UE. Metsola qalet li tinsab konvinta li dawn il-passi se jkunu qed iwasslu wkoll lill-Ukrajna lejn rebħa f’din il-gwerra.
//= $special ?>