Sport Sport Ieħor

Boċċi: Tintlagħab il-ħdax-il ġurnata fil-kampjonati tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni

Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni 

Birkirkara ġewwa darhom jieħdu l-ewwel telfa tal-istaġun kontra t-tim tat-tieni post Birgu f’logħba mill-isbaħ li setgħet marret kull naħa. Quddiem numru ta’ spettaturi kienu Birgu li ħargu rebbieħa bil-puntegg ta’21 b’19 biex issa Birgu ġew punt biss taħt l-istess Birkirkara li żammew l-ewwel post.

Birżebbuġa sofrew telfa kontra t-tim ta’ Cospicua Rangers 21 bi 18 biex baqgħu fit-tielet post b’7 punti. Żejtun telgħu punti indaqs wara li rebħu barra minn darhom lit-tim ta Tħalassalejn 21 bi 8 biex issa laħqu lil Birżebbuġa fit-tielet post b’7 punti.

Tarxien żammew it-tamiet tagħhom meta għelbu faċilment lit-tim ta’ Santa Luċija 21 bi 2 filwaqt li Floriana għelbu lit- tim ta’ Bormla 21 b’16 biex it-tim ta’ Bormla tilef iċ-ċans li jitilgħu fit-tielet post.

Sta. Venera ħadu t-tielet rebħa meta f’konfront dirett għar relegation għelbu lit-tim tal-Mosta li ħallewhom ankrati fl-aħħar post bil-punteġġ ta’ 21 bi 13.

Il-Kampjonat tat-Tilet Diviżjoni 

Luqa u Kalkara żammew posthom fil-quċċata tal-klassifika meta f’konfront dirett u eċitanti bejn Luqa u Fgura kienu Luqa li ħargu rebbieħa 21 bi 18

Kalkara wkoll baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika meta f’darhom għelbu lit-tim ta’ Qormi San Ġorġ 21 b’7.

Pietà barra minn darhom kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lit-tim ta’ Marsaskala bil-punteġġ ta’ 21 b’1 biex b’hekk laħqu lil-istess Marsaskala u qed jokkupaw l-aħħar żewġ postijiet tal-klassifika b’punt kull wieħed.

Qrendi kisbu s-seba’ rebħa tal-kampjonat biex issa jinsabu fir-raba’ post tal-klassiffika, żewġ punti vantaġġ fuq Qormi, wara li għelbu lit-tim ta’ Valletta St Paul’s 21 b’16 biex issa fetħużewġ punti vantaġġ fuq Ħamrun li minn naħa tagħhom kienu megħluba f’darhom kontra San Ġwann 21 bi 17.