Internazzjonali Unjoni Ewropea

Il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia tirbaħ il-Premju European Citizen 2022

Il-Membru Parlamentari Ewropew, David Casa awgura lill-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia li ġiet premjata għall-Premju prestiġġjuż European Citizen 2022.

Kien Casa stess li nnomina lill-Fondazzjoni għal dan l-unur tal-ħidma ma taqta’ xejn li jwettqu favur il-ġustizzja u d-drittijiet umani f’Malta.

Dan il-premju ilu jingħata mill-Parlament Ewropew mill-2008 bħala turija ta’ ringrazzjament għall-valuri ta’ solidarjetà, kooperazzjoni Ewropea u l-promozzjoni tal-valuri.