Lokali

Il-Kamra tal-SMEs tbassar li l-Malta Trade Fair se tkun ta’ suċċess

Fi stqarrija, il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji (SMEs) qalet li qed tbassar li l-ewwel edizzjoni tal-Malta Trade Fair wara l-Covid mistennija tkun ta’ suċċess.

Il-Kamra fakkret kif it-Trade Fair, tradizzjonalment, dejjem kellha post fil-kalendarju ta’ Malta biex tgħin l-ekonomija tibqa’ għaddejja.

Fortunatament, l-ekonomija ta’ pajjiżna qed terġa’ tiġi fuq saqajha wara d-daqqa ta’ ħarta li ħadet kaġun tal-pandemija.

Il-Kamra tal-SMEs qalet li t-Trade Fair toffri xi ħaġa għall kull persuna. Huma ħeġġu biex wieħed jattendi għat-Trade Fair li se tittella’ bejn it-23 ta’ Ġunju sat-3 ta’ Lulju.