Futbol Sport

Imħabbar il-kalendarju tas-Serie A għall-istaġun 2022/23

Aktar kmieni llum f’Ruma kien imħabbar il-kalendarju l-ġdid tas-Serie A għall-istaġun 2022/23.

Iċ-champions tal-Italja Milan se jiddebuttaw f’San Siro ma’ Udinese filwaqt li r-rivali Inter se jkunu qed jilgħabu barra minn darhom kontra r-rebbieħa tas-Serie B Lecce. Juventus jilqgħu lil Sassuolo fl-Allianz Arena u Napoli fl-ewwel konfront tagħhom jivjaġġaw lejn Verona biex jilgħabu kontra Hellas Verona. In-neo promossi l-oħrajn Cremonese se jmorru jilgħabu għand Fiorentina filwaqt li Monza se jilqgħu f’darhom lil Torino.

L-ewwel derby ta’ Milan ser tintlgħab fl-4 ta’ Settembru, fil-ħames ġurnata tal-Kampjonat, bil-partita tar-ritorn tintlagħab fl-4 ta’ Frar. Fit-tlettax-il-ġurnata, li jkun bejn il-5 u s-6 ta’ Novembru jiltaqgħu ir-rivali Juventus u Inter kif ukoll id-derby ta’ Ruma bejn Roma u Lazio.

Bħal mu se jiġri fil-kampjonati l-kbar mawdar l-Ewropa, is-Serie A, se jkollu waqfa bejn Novembru u Diċembru minħabba t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar li għall-ewwel darba fl-istorja se tkun qed tintlgħab fix-xitwa.