Lokali

IMPORTANTI: Tikkunsmax dan il-prodott jekk allerġiku għall-glutina

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed javża lill-pubbliku biex jekk wieħed allerġiku jew intolleranti għall-glutina m’għandux jikkunsmax il-prodott tal-isem Organic Spicy Lentil Soup (400g) tad-dittà Suma bid-data tad-durabbiltà hi dik ta’ Ottubru 2023. Dan minħabba li potenzjalment fih glutina li mhijiex iddikjarata.

Jidher li dan seħħ hekk kif sar żball fil-produzzjoni fejn prodott ieħor tal-ikel ġie ttikettjat bit-tabella tas-soppa.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 21337333 jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.