Lokali

Inawgurat il-British Heritage Food Hall fix-Xewkija

Il-Kummissarju Għoli għar-Renju Unit, Katherine Ward inawgurat il-British Heritage Food Hall fi ħdan iċ-Ċentru tas-Savina, fix-Xewkija, Għawdex.

Dan se jkun qed joffri delikezzi magħrufin li jittieklu fir-Renju Unit bħall-ħlewwiet u tè.

Katherine Ward faħħret l-inizzjattiva li qed toffri xelta varja ta’ dak li l-Ingliżi kapaċi joffru fil-kultura tagħhom.