Lokali

“Malta kburija b’Roberta Metsola tax-xogħol li qed tagħmel bħala President tal-Parlament Ewropew” – Bernard Grech

“Malta għandha Maltija tmexxi lill-Parlament Ewropew għax tant hi rispettata minn għexieren ta’ pajjiżi Ewropej…. u l-Partit Nazzjonalista ma jista’ qatt jinsa l-ħidma ma taqta’ xejn li Roberta Metsola qed tagħmel, l-istess bħalma għamel il-Partit Nazzjonalista fl-Unjoni Ewropea.”

Kien dan kliem il-Kap tal-PN, Bernard Grech f’laqgħa li kellu mal-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola fid-Dar Ċentrali l-Ġimgħa filgħaxija.

Bernard Grech qal li Roberta Metsola hi eżempju ieħor ta’ kif il-Partit Nazzjonalista jfisser suċċes. Huwa insista li hija ħadmet biex illum saret President tal-Parlament Ewropew, anke frott xogholha u xoghol il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa li tant jaħdmu għal pajjiżi Ewropew.

Minn naħa tagħha, Roberta Metsola esprimiet ma’ Bernard Grech ix-xogħol li qed isir minnha bħala President tal-Parlament Ewropew b’mod speċjali fid-dawl tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna.

Saħqet dwar il-bżonn li l-pajjiżi Ewropej jingħaqdu flimkien aktar minn qatt qabel sabiex jgħinu lill-Ukrajna biex joħorġu minn din il-kriżi.