Rapport: Stewart Said
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 8
SLIEMA FRANK SALT………. 17
(1-7), (0-3), (2-4), (5-3)
Sliema Frank Salt irkupraw mit-telfa li sofrew kontra San Ġiljan JP Projects l-Erbgħa li għadda. Huma żvugaw il-frustrazzjoni tagħhom f’Birżebbuġa Freeport. Sliema reġa’ kellhom nieqes lil Jerome Gabarretta.
Sliema fetħu bl-aħjar mod possibbli u wara li Keith Tanti kien ġab id-draw momentarju, Sliema skorjaw sitt gowls mingħajr risposta u fetħu vantaġġ kbir ta’ 7-1, b’Zach Mizzi jiskorja doppjetta fi ftit sekondi. Fit-tieni sessjoni, Sliema neħħew kull dubju minn possibbiltà ta’ rimonta tal-avversarji bi tliet gowls konsekuttivi minn Jamie Gambin, Benji Cachia u Zach Mizzi. F’din is-sessjoni, Birżebbuġa kellhom lill-kowċ Pierre Borg mkeċċi.
Il-logħba rriduċiet ruħha f’sessjoni ta’ taħriġ, b’Sliema jippruvaw ikabbru r-rebħa filwaqt li Birżebbuġa pruvaw jillimitaw id-danni. L-intensità ta’ Sliema naqqset iżda xorta baqgħu l-aħjar tim. Fl-aħħar sessjoni, Birżebbuġa rnexxielhom tal-anqas jagħmlu r-riżultat ftit rispettabbli.
Birżebbuġa: M. Vassallo, J. Farrugia, N. Cassar (1), B. Grech, C. Mifsud, R. Mock, D. Farrugia, D. Cutajar (3), S. Bezzina, K. Tanti (2), G. Mannino (1), M. Curmi, M. Sladden, M. Giarratana (1), G. Sammut
Sliema: N. Grixti, M. Mifsud (1), L. Galea (2), D. Rizzo, M. Meli (1), B. Cachia (2), J. Cutajar, K. Borg (1), J. Brownrigg (3), J. Gambin (3), Z. Mizzi (4), D. Zammit, A. Theuma
Referees: Ronnie Spiteri, Matteo Giacchini

NEPTUNES VIDEOSLOTS… 13
EXILES……………………………. 8
(4-1), (3-3), (5-3), (1-1)
Neptunes Videoslots baqgħu b’punti massimi fil-Kampjonat Premier b’rebħa komda kontra Exiles. Konfront li Neptunes urew li kienu superjuri mingħajr ma kellhom l-aqwa prestazzjoni.
Kienu Exiles li fetħu l-iskor permezz ta’ Max Aquilina iżda wara bidu kajman, Neptunes irkupraw u permezz ta’ tripletta minn Alec Fenech u rebound ta’ Stevie Camilleri bnew vantaġġ ta’ 4-1.
Reazzjoni minn Exiles fit-tieni sessjoni hekk kif wara li Stevie Camilleri għamilhom 6-2 b’doppjetta, naqqsu d-distakk bin-nofs. L-ewwel kien Mark Fenech imbagħad Philip Paris li skorjaw it-tnejn minn man-up. Iżda Jake Muscat daħħal lil Neptunes jistrieħu 7-4.
Neptunes aċċertaw mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’Stevie Camilleri u Jake Muscat jiskorjaw doppjetta kull wieħed. Minkejja d-distakk ta’ 13-8, fl-aħħar sessjoni din id-differenza ma ntweritx, b’Neptunes jonqsu li jkunu preċiżi fl-attakk filwaqt li Exiles baqgħu jippruvaw l-aħjar tagħhom.
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (3), S. Gialanze, G. Pace, J. Cachia, J. Spiteri Staines, S. Camilleri (5), J. Camilleri, J. Abela (2), M. Spiteri Staines, A. Fenech (3), M. Castillo, M. Rossi, M. Farrugia
Exiles: M. Castillo, N. Saliba (1), L. Gialanze, P. Paris (1), T. Sullivan, S. Xerri de Caro, M. Fenech (2), K. Griscti (1), N. Paris, J. Bajada, M. Aquilina (3), D. Fenech, G. Borg, M. Martellacci, L. Pursehouse
Referees: Andrea Baretta, Richard Magri
OTTERS NIVEA…………… 13
BARRACUDAS…………….. 4
(2-0), (4-2), (3-1), (4-1)
Otters Nivea kisbu l-ewwel rebħa fl-Ewwel Diviżjoni wara li ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Barracudas. It-tim Għawdxi kien superjuri għall-avversarji u rnexxielhom jibnu vantaġġ li komplew jikkonsolidawh sakemm aċċertaw mir-rebħa.
Luigi Dimech u Luke Grech Carr skorjaw l-uniċi żewġ gowls fl-ewwel sessjoni għal Otters. Barracudas irnexxielhom iġibu d-draw parzjalment fit-tieni sessjoni iżda t-tim ta’ Robert Munkacsy fetaħ vantaġġ ta’ 6-2, bl-erba’ gowls jaslu minn erba’ plejers differenti.
Andrew Magri ħalla lil Barracudas jittamaw fit-tielet sessjoni iżda Otters wieġbu immedjatament bi tliet gowls konsekuttivi li bihom aċċertaw mir-rebħa. Fl-aħħar sessjoni, huma sabu wkoll iċ-ċans li jkabbru r-rebħa tagħhom, b’Zion Bartolo jiskorja tnejn mill-erba’ gowls tagħhom fl-aħħar sessjoni.
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), K. Scicluna (1), L. Grech Carr (4), M. Farrugia (2), D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (1), S. Apap (1), Z. Bartolo (3), A. Dimech, G. Gatt Ellis
Barracudas: M. Borg, A. Piccione (1), A. Magri (1), P. Micallef, D. Ciantar, R. Sciortino, S. Aquilina, L. Galea, D. Camilleri, J. Bugeja (1), A. Mifsud, T.J. Mifsud (1), C. Bugeja
Referees: Stefan Licari, Matteo Giacchini
Logħob li jmiss
Is-Sibt:
L-Ewwel Diviżjoni: Ta’ Xbiex v Marsaskala 5.00pm
Kampjonat Premier: Marsaxlokk v Valletta 6.05pm, San Ġiljan v Sirens 7.10pm
