Lokali

Tingħata rikonoxximent tal-għajnuna li tat lil studenta fil-klassi tagħha

Chayenne Abela hija r-rebbieħa tal-Premju Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2022 tal-appoġġ kontinwu li tati lil Szintia Ladocki, li għandha problemi biex tikkomunika u tesprimi ruħha… għajnuna li permezz tagħha, Szintia tkun tista’ ssegwi u tipparteċipa fil-klassi.

Waqt iċ-ċerimonja fil-Palazz ta’ Sant’Anton, il-President ta’ Malta George Vella, flimkien mal-fundatur talPremju Patri Dijonisju Mintoff, ippreżenta l-midalja lil Chayenne Abela, u ferħilha li qed tħaddan il-valuri nobbli tal-ħbiberija u l-altruwiżmu fl-iskola sekondarja tal-Ħamrun li tattendi fiha.

“Qegħdin nippremjaw ġesti żgħar li għal min ikun qed jirċivihom ifissru d-dinja,” qal il-President Vella. “Hekk juruna Shayen u Zinsia. Ir-rabta ta’ bejnietkhom li tfakkarna kemm bl-empatija u l-modrija kapaċi ngħelbu d-diffikultajiet u nilħqu għanijiet li qatt ma konna nimmaġinaw.”

Kien f’dan il-mument li l-President George Vella qal li wieħed qatt m’għandu jinsa fil-mumenti ta’ dwejjaq li kull persuna għaddiet minnhom minħabba l-iżolazzjoni fl-għeqqel tal-pandemija biex b’hekk l-ebda persuna ma ssofri minn dan ta’ kuljum għaliex tiġi mwarba mis-soċjetà.

“Nixtieq li bħala poplu wieħed u mgħaqud nitgħalmu minn dawn iż-żewġ tfajliet,” qal il-President Vella. “L-egoiżmu, l-indifferenza u r-rejba jwasslu biss għall-firda u jgħeqirdu l-umanità li tant ħassejna n-nuqqas tagħha matul il-pandemija.”

Min-naħa tiegħu, Patri Dijonisju Mintoff, fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi, stqarr li “l-paċi titnissel fuq il-bankijiet tal-iskola”. Qal li teduka mhux li tgħid affarijiet li tkun għidthom, tirrepetihom sena wara oħra, imma li teduka billi tlaqqa’ dak li jingħad mar-realtà, u tpoġġi fil-prattika dak li tipprietka.