Lokali

“Vittma tas-soċjetà” – Velja għal Nicholas Camilleri

L-għaqda mhux governattiva, Flimkien Missirijiet Inqumu organizzaw velja għal Nicholas Camilleri, ir-raġel li nstab mejjet f’kamra fl-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa fl-20 ta’ Ġunju, minn ibnu stess.

Matul il-velja, li saret fil-Belt Valletta mill-Qorti sa quddiem il-Parlament, intqal kif dawk responsabbli għandhom jerfgħu r-responsabbiltà ta’ dak li ġara biex ikun assigurat li każ bħal dan ma nerġgħux naraw bħalu f’pajjiżna.

Kien għalhekk li dawk preżenti appellaw għal riforma tas-sistemà, “sistemà li tibla’ u tobżoq individwi bħal Nicholas, l-istess sistemà li mhix posta f’soċjetà li ssejjaħ lilha nfisha umana.”

L-għaqda mhux governattiva kkritikat is-servizzi tal-istat li, meta wieħed jappella għalihom f’mumenti ta’ bżonn, rari jservu l-bżonnijiet tal-individwu.

Saħqu kif dawk responsabbli għandhom jgħarfu kif Nicholas Camilleri kien trattat ta’ kriminal, bis-sistemà tiżolah bla ħniena minn ma’ familtu u saħansitra uliedu, minflok ma ingħata l-assistenza li kellu bżonn.