Lokali

Żabbari bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Birgu

Raġel minn Ħaż-Żabbar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Birgu.

Il-każ seħħ ftit qabel id-disgħa tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq il-Kottonera meta għal xi raġuni l-anzjan ta’ 77 sena tilef il-kontroll ta’ Mitsubishi Pajero u ħabat ma’ Ford Transit li dak il-ħin kien ipparkjat.

Fil-post ġie imsejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa liż-Żabbari l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.