Lokali

Żagħżugħa fil-periklu tal-mewt wara inċident f’San Ġiljan

Żagħżugħa mit-Turkija residenti Tas-Sliema spiċċat tissielet għal ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident waqt li kienet qed issuq e-kick scooter.

Il-każ seħħ fl-erbgħa neqsin kwart tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq San Ġorg, f’San Ġiljan meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 27 sena tilfet il-kontroll tal-iscooter li kienet qed issuq u nqalbet.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei b’urġenza fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjoniijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.