Coronavirus Lokali Saħħa

456 każ ġdid tal-Covid-19

Fl-aħħar sigħat kellna 456 każ ġdid ta’ Covid. Bil-każijiet attivi issa telgħu għal 4,666. 168 fiequ mill-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa.

Fortunatament bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ma miet ħadd kaġun tal-imxija bl-ammont ta’ vittmi baqa’ dak ta’ 740.

Intant fl-aħħar ħamest’ijiem pajjiżna ra għaxar vittmi tal-virus.

Sal-Ħamis, fl-Isptar Mater Dei kien hemm 65 persuna pożittiva għall-virus, bi 30 minnhom li għandhom is-sintomi, b’35 persuna l-oħra li ttestjaw pożittivi wara li  sarilhom test qabel ġew rikoverati fl-Isptar. Fost l-ammont totali, żewġ persuni jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva kaġun tal-Covid.