Internazzjonali

Amerikan prova jużà makkinarju tat-tħaffir fuq uffiċjali tal-Pulizija sabiex ma jarrestawx lit-tifel tiegħu

Raġel Amerikan spiċċa arrestat wara li pprova juża makkinarju tat-tħaffir fuq żewġ uffiċjali tal-Pulizija li kienu qed jarrestaw lit-tifel tiegħu, b’rabta ma’ investigazzjoni fuq serqa.

Mill-filmat, jidher li waqt li omm iż-żagħżugħ pprovat żżomm lill-Pulizija milli jarrestaw lit-tifel, filwaqt il-missier uża makkinarju tat-tħaffir fuq il-Pulizija.

F’dan il-waqt, wieħed mill-Pulizija deher iżomm liż-żagħżugħ mal-art, u l-ieħor jipponta arma tan-nar lejn il-missier. Kemm il-missier kif ukoll l-iben spiċċaw arrestati filwaqt li ħadd mill-Pulizija ma soffra ebda ġrieħi.