Internazzjonali

Fl-Istati Uniti jitneħħa d-dritt għall-abort

Demonstrators protest outside of the U.S. Supreme Court Tuesday, May 3, 2022 in Washington. A draft opinion suggests the U.S. Supreme Court could be poised to overturn the landmark 1973 Roe v. Wade case that legalized abortion nationwide, according to a Politico report released Monday. Whatever the outcome, the Politico report represents an extremely rare breach of the court's secretive deliberation process, and on a case of surpassing importance. (AP Photo/Jose Luis Magana)

Tul il-jum tas-Sibt, diversi kliniċi fl-Istati Uniti bdew jagħlqu l-bibien tagħhom .. Dan wara li l-Qorti Suprema dawret id-deċiżjoni li ttieħdet ħamsin sena ilu dwar l-abort, biex issa dan m’ghadux dritt kostituzzjonali.

S’issa, il-liġi ta’ Utah li kienet tippermeti li jsir l-abort …tneħħiet. U konsegwenża ta’ dan, l-abort m’għadux jitqies bħala dritt kostituzzjonali ħlief f’każi ta’ stupru jew meta l-omm tkun qed tiffaċċja riskju serju għal ħajjitha jew saħħitha.

Minhabba dan l-izvilupp, nofs l-istati Amerikani se jkunu qed jintroduċu restrizzjonijiet ġodda. Filfatt 13-il stat diġà daħħlu liġijiet ta’ projbizzjoni, fejn issa bid-deċiżjoni tal-Qorti Suprema, se jagħmlu l-abort illegali.

Dan ifisser li 36 miljun mara tilfu d-dritt tal-abort. Tul il-jum tas-Sibt, f’diversi stati fl-Amerika bdew protesti minn dawk li huma favur l-abort.

Intant, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden ikkundana is-sentenza tal-Qorti Suprema u ddeskriviha bħala żball traġiku, filwaqt li saħaq li s-saħħa u l-ħajja tan-nisa fl-Istati Uniti issa jinsabu f’riskju.