Internazzjonali

F’Oslo: Żewġ persuni maqtula u 21 midruba

Il-poplu Norveġiż jinsab ixxukkjat bit-traġedja li seħħet fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu… Dan wara li żewġ persuni sfaw maqtula u 21 oħra ndarbu serjament … wara li raġel armat qabad jispara fuq diversi persuni fiċ-ċentru tal-kapitali tan-Norveġja.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru .. jidher li l-isparaturi seħħew għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu fi tliet postijiet differenti.

Il-pulizija spjegat li l-motiv wara dan l-att terroristiku kien wieħed ta’ mibgħeda kontra l-kommunita LGBTQ+, u kaġun ta’ dan, il-‘gay pride anunal parade’ li kellha ssir tul il-jum tas-Sibt kellha titħassar.