Sport Sport Ieħor

Illejla togħma tar-Regatta b’tellieqa fil-Port il-Kbir

(Ritratt: Joseph Galea)
Sitt distretti se jipparteċipaw

Artiklu: Stewart Said

Wara dak li seħħ fl-aħħar ta’ Marzu li għadda, illum fil-Port il-Kbir se jerġa’ jkun hemm togħma tar-Regatta. Dan hekk kif illejla fl-9.45pm se jkun hemm tellieqa tad-dgħajsa tal-Pass B b’erba’ mqadef, tellieqa li tagħmel parti mill-attività tal-Paegant of the Seas.

Din hi r-raba’ darba li se jkun hemm tellieqa tar-Regatta waqt din l-attività li hi organizzata mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta. L-ewwel edizzjoni li saret fl-2016 intrebħet minn Bormla, sentejn wara kienu l-Isla li rebħu l-palju de la Valette.

Sentejn ilu waqt il-pandemija, ma kinitx saret tellieqa bħaż-żewġ edizzjonijiet preċedenti. Minflok saret tellieqa tan-nisa bil-frejgatini, bid-distrett tal-Birgu joħroġ rebbieħ permezz ta’ Glynnis Mizzi u Rachelle Gialanze.

Il-parteċipanti tal-lejla u l-korsija li se jtellqu fiha

1. Birżebbuġa – Dirk Attard, Kensly Ciantar, Spiridione D’Amato, Sean Schembri

2. Kalkara – Clyde Mizzi, Davidson Micallef, Noel Bugeja, Ryan Refalo

3. Marsamxett – Nathan Bonello, Juan Farrugia, Peter Cremona, Shaylon Gauci

4. Bormla – Elton Azzopardi, Charvon Gatt, Cleavon Falzon, Yanick Pace

5. Isla – Brolin Genovese, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Andre Karl Gauci

6. Marsa – Caiden Gauci Fabri, Enrique Gusman, Cole Spiteri, Emerson Spiteri

*L-ewwel korsija tkun in-naħa tal-Belt Valletta