Futbol Sport

Kalvin Phillips pass ‘il bogħod milli jsir plejer ta’ Manchester City

(Ritratt: EPA)

Fadal biss qbil fuq fuq il-kuntratt u testijiet mediċi biex Kalvin Phillips jingħaqad maċ-champions Ingliżi Manchester City għas-somma ta’ madwar £50 miljun mingħand Leeds United.

Dan it-trasferiment se jkun ifisser li Phillips, li għandu 26 sena, se jkun qed iħalli lil Leeds għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu hekk kif huwa ilu magħhom sa minn meta kellu biss 14-il sena. Huwa għamel id-debutt tiegħu mal-iskwadra ewlenija meta kellu 19-il sena f’telfa ta’ 4-3 kontra Wolves. Minn dakinhar Phillips lagħab 214-il logħba ma’ Leeds United li fihom skorja total ta’ 13-il gowl.

Il-midfielder, li lagħab ukoll 20 darba għall-Ingilterra, se jkun qed jieħu post Fernandinho li fil-ġimgħat li għaddew żvela li kien se jħalli lil City wara 9 snin.

Kalvin Phillips fl-azzjoni kontra Skozja fil-Euro 2020 (Ritratt: EPA)