Sport Sport Ieħor

Malta rappreżentata minn 23 atleta f’Oran

Illum f’ Oran fl-Alġerija jingħata bidu għad-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran. Il-Kumitat Olimpiku Malti se jkun flimkien ma’ 25 pajjiż ieħor mill-Mediterran fejn f’din l-edizzjoni se jieħdu sehem madwar 3,400 atleta.

Malta se tkun qed tikkompeti fl-Atletika, Ċikliżmu, Ibburdjar, Sparar, u Tennis u se tkun rappreżentata minn 23 atleta. Waqt iċ-Cerimonja tal-Ftuħ il-bandiera Maltija se tinġarr mit-tennista Francesca Curmi u mit-tiratur Marlon Attard. Il-kontinġent Malti se jkollu bħala chef-de-mission lil Johanna Grech u jinkludi lil Charlene Attard bħala Direttur tal-Isport ,id-Direttur tal-Kumitat Olimpiku Malti Nigel McCarty flimkien mat- tim mediku magħmul minn Dr Kurstein Sant u l-fiżjoterapista Karl Rizzo Naudi Preżenti wkoll Julian Pace Bonello, President tal-KOM u Membru tal-Kumitat Internazzjonali tal-Logħob tal-Mediterran, u Kevin Azzopardi, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti.

Il-kontingent Malti huwa magħmul minn dawn l-atleti:

Atletika : Lisa Marie Bezzina, Steve Camilleri, Dillon Cassar, Ian Paul Grech, Bradley Mifsud, Rachela Pace, Daniel Saliba, Roberta Schembri flimkien mal-uffiċjali Andy Grech u Jivko Jetchev.

Ċikliżmu : Daniel Bonello flimkien mal-uffiċjal Etienne Bonello

Ibburdjar : Lacey Aquilina, Michela Mifsud, Karl Miggiani u l-uffiċjal Zach Zammit

Sparar : Jason Aquilina, Marcello Attard, Marlon Attard, Eleanor Bezzina, William Chetcuti u l-kowċis Bruno Gubellini, Antonello Iezzi

Tennis : Matthew Asciak, Francesca Curmi, Alex De Gabriele, Liam Delicata, Elaine Genovese, Helene Pellicano u l-ufficjal Mark Gatt.