Lokali

Membru tal-MOSPHA allegatament attakkat f’sit ta’ kostruzzjoni

Dalgħodu ġie rrappurtat li membru tal-MOSHPA kien allegatament attakkat f’sit ta’ kostruzzjoni waqt l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu bħala superviżjoni tal-proġett.

Fi stqarrija l-MOSHPA tikkundanna bis-sħiħ dan l-attakk u se tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lil dan il-membru. Il-persuna inkwistjoni bħalissa tinsab l-isptar biex tingħata l-kura għall-ġrieħi li ġarrbet. Dan mhux l-ewwel każ ta’ aggressjoni li kien irrappurtat mill-membri.

Sadanittant, ġie ppreżentat rapport tal-pulizija u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. L-assistenza tal-OHSA kienet intalbet immedjatament dwar it-tħassib dwar is-sikurezza identifikat fuq il-post,

Il-MOSHPA qalet li qed titlob il-kooperazzjoni sħiħa mill-Awtoritajiet kompetenti biex jiġi żgurat li l-membri tagħna jkunu protetti waqt l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom sabiex inċidenti bħal dawn jiġu evitati.