Futbol Sport

Newcastle United viċin l-akkwist ta’ Sven Botman

(Ritratt: EPA)

Newcastle u Lille jidher li qablu fuq ċifra rraportata ta’ £30 miljun biex id-difensur Internazzjonali Olandiż ta’ taħt il-21 sena Sven Botman jingħaqad mal-Magpies.

Botman ilu jkun segwiet minn Newcastle minn Jannar li għadda iżda t-tim immexxi minn Eddie Howe kellu sfida qawwija miċ-champions Taljani Milan għall-akkwist tad-difensur ta’ 22 sena. Botman mistenni jasal f’Tyneside il-ġimgħa d-dieħla biex jgħamel it-testijiet mediċi u jiffirma l-kuntratt bħala plejer ġdid ta’ Newcastle.

Intant Newcastle iffimaw ukoll lill-goalkeeper Nick Pope mingħand Burnley u lid-difensur Matt Targett mingħand Aston Villa b’mod permanenti wara li dan tal-aħħar qatta nofs l-istaġun li għadda misluf għand l-istess Newcastle.