Fl-aħħar ħin ħarġet l-aħbar li Sharona Grima ta’ 12-il sena ġiet irrappurtata nieqsa. Hija dehret l-aħħar fl-akwati tax-Xagħra, Għawdex, nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju, 2022.
Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija, il-Pulizija saħqet li kull min għandu xi informazzjoni dwarha, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119, jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
//= $special ?>