Futbol Sport

Wayne Rooney mhux se jibqa’ kowċ ta’ Derby County

L-eks attakkant ta’ Manchester United u Everton Wayne Rooney informa lit-tmexxija ta’ Derby County li ma’ jixtieqx jibqa jemxxi lit-tim li ġie relegat għal League One minkejja li għad fadallu sena kuntratt.

Fl-ewwel kummenti tiegħu Rooney qal li jħoss li t-tim għandu jkun immexxi minn xi ħadd b’ideat ġodda u li mhux assoċċjat ma’ dak li ġara fl-aħħar xhur, b’referenza għall-problemi finanzjari li għadda minnhom il-klabb fejn anke tnaqqsulhom 12-il punt fil-bidu tal-kamppjonat minħabba d-dejn.

Huwa kompli jgħid li għalkhemm iż-żmien tiegħu ma Derby kien fih bosta tlajja w inżul, kien ta’ pjaċir għalih li ħadem ma’ dan il-klabb u li mu se jinsa qatt din l-esperjenza speċjalment lis-supporters li baqgħu wara t-tim sal-aħħar.

L-aħbar tasal fl-istess ġurnata li kien imħabbar li l-iżviluppatur David Clowes għamel offerta biex jixtri l-klabb wara li diġa xtara l-Park Side Stadium u saħansitra, l-kumpanija tiegħu Clowes Developments diġa selfet flus lill-klabb sabiex ikun jista jibda l-istaġun li ġej.