Internazzjonali

Afrika t’Isfel: Jinvestigaw l-imwiet ta’ mill-anqas 20 f’nightclub

Il-Pulizija qed tinvestiga każ makabru fejn mill-anqas 20 persuna nstabu mejtin f’nightclub fl-inħawi ta’ East London City, fil-provinċja ta’ Eastern Cape.

Il-katavri nstabu kmieni filghodu meta l-pulizija daħlu fl-istabbiliment bl-isem Enyobeni Tavern u fost rapporti li nstabu wkoll diversi midruba.

Ma ngħatawx dettalji dwar is-sejba, bl-awtoritajiet jgħidu biss li ċ-ċirkustanzi tal-inċident qegħdin ikunu mistħarrġa bir-reqqa, L-istess awtoritajiet kienu anki determinati biex jaċċertaw l-anqas spekulazzjoni possibbli dwar il-każ.

Dan waqt li l-qraba tal-vittmi kienu rrifjutati aċċess għall-katavri – bin-nightclub inkwistjoni se jibqa’ magħluq għal żmien mhux determinat.

Sadanittant – u waqt li diversi sorsi kienu qed jippruvaw isibu l-kaġun tat-traġedja – xi imkejjen fl-Afrika t’Isfel huma ‘kważi ċerti’ li l-mejtin irriżultaw minn xi ‘rassa terribbli’ fin-nightclub. Dan meta l-parti kbira tal-mejtin kienu adulti żgħagagħ b’etajiet li jvarjaw minn 18 sa 20 sena,

Il-katavri ttieħdu lejn il-kmamar mortwarji fil-viċinanzi u fejn se jkunu suġġetti mill-aktar fis għall-awtopsji li jikkonfermaw il-kawża tal-mewt. Dan waqt li l-Minsitru Afrikan għall-Pulizija, Bheki Cele u skwadra ta’ esperti qegħdin jgħinu fl-investigazzjonijiet.