Lokali

Akkużat li stupra tfajla f’Pembroke

Sirjan residenti Santa Venera nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra tfajla.

L-allegat każ seħħ fis-sighat bikrin tal-Ħadd 19 ta’ Ġunju f’Pembroke fejn fil-Qorti instema kif il-vittma kienet miexja lura d-dar minn Paceville bl-akkużat ta 33 sena jwaqqaf il-vettura u jistaqsiha jekk riditx li jwassallha d-dar.

Allegatament il-vittma aċċettat li jwassallha sad-dar is-Swieqi madanakollu, allegatament, ir-raġel minflok sakkar il-bibien tal-vettura u ħadha lejn il-Barracks tas-suldati f’Pembroke.

Fil-Qorti instemgħa kif b’xi mod il-vittma rnexxielha taħrab iżda allegatament is-Sirjan laħaq magħha…ġibidha minn xahrha…neżżaha u stupraha.

Sussegwentament ġie allegat li r-raġel ħarab bil-vettura…u ħalla lil vittma fil-post…bit-tfajla ċċempel lil sħabha għall-għajnuna.

L-investigazzjoni tal-Pulizija b’rabta mal-każ waslet sabiex l-akkużat ġie arrestat mill-Pulizija tul il-jum tas-Sibt. Ġie spjegat li l-vittma għaddejja minn trawma qawwija fejn apparti l-esperjenza kerha…hija sofriet gdim u ġrieħi f’wiċċha u partijiet oħra ta’ ġisimha.

Intant, l-akkużat inżamm taħt arrest hekk kif id-difiża ma talbitx għal liberta proviżorja.

Għall-akkużat deheru l-Avukati Roberta Bonello, Joe Giglio u Joseph Calleja filwaqt li bħala parte civile l-Avukat Charles Mercieca.