Raġel ta’ 75 sena kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident mhux tas-soltu fir-residenza tiegħu.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-każ seħħ ftit qabel is-7.30 tal-Ħadd filgħodu meta l-anzjan kien qiegħed iqabbad regulator ma’ ċilindru tal-gass fuq il-bejt tar-residenza tiegħu.
Kelliema għall-Pulizija li tkellmu ma’ Net News spjegaw li hekk kif qabbad ir-regulator u mar jixgħel il-cooker seħħ blast bil-konsegwenza li l-vittma nqaleb u ġie għal wiċċu.
Dan filwaqt li struttura tal-injam li kienet fuq il-bejt nbelgħat min-nirien.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih għall-intervent tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura.
Filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa, kelliema għall-Pulizija spjegaw li r-raġel mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
//= $special ?>