Sport Sport Ieħor

Deheb għal Kanadiża ta’ 15-il sena

L-aħħar ġurnata tal-Kampjonati Dinija tal-Għawm f’Budapest, offriet aktar emozzjonijiet sbieħ,hekk kif kelna l-aħħar seba’ midalji deheb x’jintrebħu, f’events differenti kemm tal-irġiel kif  ukoll tan-nisa.

L-għawwiema ta’ 15-il sena mill-Kanada, Summer McIntosh irnexxilha tirbaħ it-tienimidalja tad-deheb f’din l-edizzjoni tal-Kampjonati Dinija organiżżati mill-FINA, metagħelbet il-kompetizzjoni mill-aktar diffiċli ta’ Katie Grimes tal-Istati Uniti fl-400m medley tan-nisa. 

Il-ħin li rrnexxilha tagħmel McIntosh, dak ta’ 4 minuti 34 sekonda punt tmienja sitta ta’ sekonda, fisser rekord ġdid dinji tal-juniors. Nhar l-Erbgħa li għadda, il-Kanadiża li tagħlaq16-il sena f’Awwissu li ġej, rebħet l-ewwelmidalja tad-deheb f’dawn il-kampjonati, metatemmet l-ewwel fil-200 metru butterfly tan-nisa. Emma Weyant tal-Istati Uniti rebħet il-bronzf’din il-finali.

Fil-50 metru backstroke tal-irġiel, l-Amerikan Justin Ress temm l-ewwel fil-finali, iżda ftitwara li ntemmet din il-final heat, tħabbar li Ressġie skwalifikat minn din it-tiġrija biex b’hekk id-deheb intrebħet mill-għawwiem li kien daħal it-tieni f’din il-finali. Dan kien Amerikan ieħor, Hunter Armstrong li sar champion tad-dinja ta’ din l-għawma qasira.

Il-Pollak Kswaery Masiuk mess it-tmiem it-tieletwieħed, biex b’hekk tela’ it-tieni wieħed fil-podium u rebaħ il-fidda minħabba li kienskwalifikat Ress. Il-bronz intrebaħ mit-TaljanThomas Ceccon.

Tmiem ta’ Kampjonati Dinija tal-Għawm mill-aqwa ukoll għat-Taljan Gregorio Paltrinieri li rrnexxilu jwaqqaf it-tieni l-aħjar ħin fl-istorja tal-1,500 metru freestyle tal-irġiel, biex rebaħ id-deheb għat-tielet darba fil-karriera tiegħu f’din l-għawma f’dawn il-kampjonati. Id-darbtejn l-oħrakienu fl-edizzjonijiet tal-2015 u l-2017 rispettivament.

B’Paltrinieri jiddomina din il-finali, il-battaljagħar-rebħ tal-midalja tal-fidda kienet aktarmissielta u kien Bobby Finke tal-Istati Uniti li bi ftit irnexxilu jirbaħ lil Florian Wellbrock tal-Ġermanja, b’dan tal-aħħar jirbaħ il-bronz.

Fl-aħħar ġurnata tal-Kampjonati tal-Għawm f’Budapest, l-Isvediża Sarah Slostrom kompliet tirbaħ  aktar midalji f’dan il-livell ta’ kompetizzjoni, meta rebħet il-50 metru freestyle tan-nisa. Ir-rebħ ta’ din il-midalja tad-deheb fisser li t-total ta’ midalji mirbuħa f’edizzjonijiet differenti tal-Kampjonati Dinija matul il-karriera tagħha, issa jlaħħaq għal 20, b’midalja waħda biss minn dawn l-għoxrin, kienet mirbuħa meta kienet parti minn relay team.

Kasia Wasick tal-Polonja rebħet il-fidda, bil-bronz jintrebaħ minn żewġ għawwiema li daħlu flimkien u għamlu l-istess ħin f’din il-finali, l-Awstraljana Meg Harris u l-Amerikana Erika Brown.

Suċċess sinifikanti għall-Litwanja ta’ 25 sena, Ruta Meilutyte li rrnexxilha tirbaħ l-ewwel titlu dinji wara kważi għaxar snin mill-ewwel u l-aħħar wieħed tagħha, dak tal-2013 f’Barcelona. Dakinhar kienet rebħet id-deheb fil-100 metru breastroke tan-nisa, iżda din id-darba rebħet id-deheb fil-50 metru breastroke tan-nisa.

L-istorja ta’ Meilutyte hija waħda interessanti u li tiddeskrivi l-perseveranza tagħha biex tirritorna tirbaħ il-midalji fl-għawm wara li kienet ilha mill-2015 ma tirbaħ midalja f’wieħed mill-kampjonati maġġuri fix-xena internazzjonali tal-għawm. Fl-Olimpjadi tal-2012, dak in-nhar ta’ 15-il sena, Meilutyte kienet rebħet  midalja tad-deheb, u din id-darba, wara snin nieqsa mir-rebħ ta’ midalja f’dan l-għola livell ta’ għawm, irnexxilha tirbaħ l-ewwel post fuq il-podium fil-50 metru breastroke tan-nisa waqt il-Kampjonati Dinija f’Budapest.

Fit-tienipost daħlet it-Taljana Benedetta Pilato filwaqt li t-tielet post kien mirbuħ mill-għawwiema mill-Afrika t’Isfel, Lara van Niekerk li għandha 19-il sena.

L-Italja rrnexxilhom jirbħu l-finali tal-4 by 100 meters individual medley relay tal-irġiel, meta għelbu l-kompetizzjoni tal-Istati Uniti b’differenza ta’ 0.28 ta’ sekondi. Għall-Italja din kienet is-seba’ midalja tad-deheb li huma rebħu f’dawn il-Kampjonati. Ir-Renju Unit rebħu l-bronz f’din il-finali.