Tlett snin wara mill-aħħar pellegrinaġġ ta’ devozzjoni….bl-aħħar wieħed ikun fl-2019, kawża tal-pandemija tal-Covid-19 li l-poplu kellu jħabbat wiċċu magħha… illum iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin qed jerġgħu mill-ġdid jinġaru wara x-xbieha mirakoluża tar-Redentur fit-toroq tal-Isla.
Net News tkellem mal-Arċipriet tal-Parroċċa Robin Camilleri fejn stqarr l-importanza u s-sinifikat ta’ din il-jum, kemm għas-Sengleani u mhux biss.
Huwa spjega kif matul dawn it-tliet snin, għallavolja l-festa tar-Redentur ma saritx kif kien mixtieq, minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, id-devozzjoni tan-nies lejn ir-Redentur qadt ma’ waqfe.., anzi pjuttost bil-kontra.
Il-festa ta’ Ġesu’ Redentur mill-ġdid qiegħda terġa tiġi ċċelebrata bil-quddiesa u purċissjoni tradizzjonali tagħha li bdew fis-6 ta’ filgħaxija mmexxija mill-Monsijur Arċisqof Charles Scicluna.
//= $special ?>